Hello, Sign In 0
All
BDL

F’qiegh l-abbiss II-Innocenza

No ratings

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description
Tisbita oħra qawwija fuq il-bieb reġgħet ħasditha. Wiċċha kien abjad karti. Ma ssugratx tistaqsi min kien hemm wara l-bieb. Mhux qabel issib l-istallett, ħalli jkollha ftit wens minnu. Sabitu wara li fetħet it-tieni kexxun u tefgħetu fil-but tal-libsa.
 
Resqet lejn il-bieb. “Min hemm?” staqsiet b’leħen baxx ħafna.
 
“Jien, Innoċenza. Żeppi! Iftaħ ħa nidħol.”
 
Innoċenza kien se jħossha ħażin. Ma setax ikun Żeppi! Żeppi kien xi mkien ’il bogħod ħafna. Ilsir. Jaqdef fuq l-iġfna tat-Torok. Jew mejjet għax qatluh it-Torok. Franku hekk kien jgħidilha. Anzi kien jgħid li hi armla. Hekk kien jgħidilhom lil sħabu fid-dverna.
 
Bla ma riedet ħarset lejn żaqqha, issa kbira bi kważi seba’ xhur tqala. Daret minn fejn kienet u għaġġlet kif setgħet lejn it-taraġ, minkejja li riġlejha ħassithom se jogħtru taħtha u minkejja t-tisbit fuq il-bieb u leħen dak li qal li kien żewġha jgħajjat biex tiftaħlu. Telgħet fuq il-bejt b’nifisha maqtugħ u kemm kemm ittawlet għal isfel. Sadattant dak ir-raġel kien għadu jħabbat fuq il-bieb u jgħajtilha b’isimha.
 
Innoċenza ma setgħetx tara wiċċu sewwa. Ir-raġel kien magħlub ħafna u xagħru kien differenti ħafna minn ta’ żewġha.
more from BDL
Reviews See what other customers had to say about F’qiegh l-abbiss II-Innocenza.

F’qiegh l-abbiss II-Innocenza has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!
People who viewed this product also viewed
You may also like