Hello, Sign In 0
All
BDL

Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin Vol.1

No ratings

Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik.

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description

Addattat minn Charles B. Spiteri

 

L-għassies li skanta jħares lejh fil-ħin li tefagħlu d-dawl f ’wiċċu, ħass ġismu jitla’ xewk xewk. Ħin bla waqt, iż-żagħżugħ poġġa riġlu fuq it-tebut, tbaxxa u reġa’ qam, xħin refa’ fuq dirgħajh il-ġisem ta’ dik il-mara. Hu beda jagħfasha ma’ sidru u jolfoq, u b’xufftejh jaħarqu nar beda jbus bħal mitluf il-wiċċ, il-għonq, id-dirgħajn u s-sider ta’ dik, li b’daqshekk fehem, li sejjer jerġa’ jagħtiha l-ħajja. “Ma stajtx insalvak! Maħbuba Giovanna tiegħi, mela tassew li m’għandix nisma’ aktar il-leħen maħbub tiegħek, ma narax iżjed il-ħelwa tbissima tiegħek. Għajnejk baqgħu magħluqin! “Darba int kont għedtli… ‘Ġorġ, jekk immut, bewsa tiegħek terġa’ tagħtini l-ħajja.’ Qum mela! Din il-bewsa rrid nistampahielek fuq xufftejk! U issa xejn! Xejn!” kompla b’leħen li jaqsam lill-qlub.

more from BDL
Reviews See what other customers had to say about Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin Vol.1.

Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin Vol.1 has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!
People who viewed this product also viewed
You may also like