Hello, Sign In 0
All
BDL

Mitomaġija

No ratings

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description

Int u sħabek dħaltu għal missjoni biex tfittxu, issibu u tiddokumentaw il-kreaturi folkloristiċi u mitoloġiċi.

L-ispedizzjoni twassallkom f’post remot li hu magħruf ħafna għall-kreaturi biżarri. Int mitomagu, espert tat-telepatija u l-maġija, filwaqt li l-kollegi tiegħek huma etoloġi li jistudjaw l-imġiba tal-annimali. Bil-ħila u l-maġija tiegħek trid twassal lil sħabek fil-post eżatt tal-kreatura.

Ħaffu! M’intomx waħidkom. Hemm tim ieħor ifittex lil dawn il-kreaturi mitoloġiċi! Trid tmexxi ‘l sħabek sew ħalli ma taħlux ħin u ssibu xi kreatura li ġa skoprejtu. Madanakollu, tridu toqgħodu attenti ħafna meta tkunu qed idduru fl-inħawi fejn ikun hemm xi kreatura perikoluża. Jekk tiġu wiċċ imb’wiċċ ma’ Waħx il-Baqar, m’għandkomx ċans teħilsuha!

Aħseb u agħti l-aħjar ħjiel – IKEL:3
Kapaċi ssib tliet kelmiet relatati mal-ikel u tiskopri l-kreaturi kollha qabel it-tim l-ieħor?

età: 7+

Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

more from BDL
Reviews See what other customers had to say about Mitomaġija.

Mitomaġija has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!
People who bought this item also bought