Hello, Sign In 0
All
BDL

Reġina tal-Ispadi

No ratings

Għal xi wħud, il-ħajja timxi fuq ir-rubini; għal oħrajn, daqqa ’l fuq u daqqa ’l isfel… u għal oħrajn, dejjem ’l isfel. Għal dawn tal-aħħar, dan x’aktarx ikun ġie fuqhom minħabba xi ħadd li jkun għoġbu jdeffes imnieħru fejn ma jesgħux. Hawn min jogħxa jtaqtaq fuq ħaddieħor… jivvinta u jxerred man-nies, stejjer li f’moħħu biss ikunu seħħu. Hawn imbagħad min jagħmel agħar minn hekk… dak li jagħlaq ħalqu għalkollox, jitfa’ ħarstu fuq il-priża u f’qalbu jnissel nixxiegħa ta’ xewqat u mibegħda; sakemm jasal dak il-jum illi jiddeċiedi li jwettaq dak li kien ilu joħlom fuqu.

Bħal wieħed li jgħaddi ħinu fil-logħba tal-karti; dejjem attent x’karta jilgħab biex qatt ma jitlef. Iħossu eroj, iva… jaħseb li jkun eroj fuq il-priża… sakemm dik il-priża ma tkunx b’għajnejha fuqu iktar milli jkun qed jaħseb! Jekk jiġri hekk, il-logħba tkun miftuħa beraħ u r-rebħa tista’ tmur fuq kull naħa. U biex wieħed jirbaħ logħba perikoluża, irid dejjem joqgħod attent li ma jgħaġġilx, għaliex b’mossa ħażina, faċli tiġi milgħuba l-karta żbaljata u l-eroj jispiċċa b’telfa!

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description

Weight 310 g

Dimensions 21 × 14.7 cm

Author Antoine Barbara

Cover Paperback

Language Maltese

Publisher BDL Publishing

Year of publication 2023

Pages 208

more from BDL
Reviews See what other customers had to say about Reġina tal-Ispadi.

Reġina tal-Ispadi has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!