Hello, Sign In 0
All
BDL

Malti għalina t-tfal 4

No ratings

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest.

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description

F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Eżattament wara s-silta hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmijaawtoassesjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew u żgur li se tgħinhom jeżaminaw lilhom infushom u jaraw jekk fehmux l-ispunt tal-lezzjoni. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’ kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awturi jipperfezzjonaw il-ktieb.

 

Fih jinkludi:

 

  • reviżjoni tas-sillabu tat-tielet klassi tal-primarja;
  • is-sillabu kollu tar-raba’ klassi tal-primarja;
  • noti tal-grammatika;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
  • tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;
  • sezzjoni apposta, li tinħadem qabel l-eżami, biex tagħmel reviżjoni lill-istudenti;
  • sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;
  • stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali;
  • simboli li viżwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji.
more from BDL
Reviews See what other customers had to say about Malti għalina t-tfal 4.

Malti għalina t-tfal 4 has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!
People who viewed this product also viewed