Hello, Sign In 0
All
BDL

Malti għalina t-tfal 5

No ratings

Dan il-ktieb ukoll huwa grammatika f’kuntest bil-għan li jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-ħames klassi.

Buy Now
Fulfillment Options
Local Delivery
Standard Delivery
Pickup

Dispatches from nsejt.mt

Description

F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi u eżattament wara hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ; li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u  jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awuri jippefezzjonaw il-ktieb.

 

Fih jinkludi:

 

  • reviżjoni tas-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja;
  • is-sillabu kollu tal-ħames klassi tal-primarja;
  • noti tal-grammatika;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
  • tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;
  • sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;
  • stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali.
  • simboli li viżwqalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
more from BDL
Reviews See what other customers had to say about Malti għalina t-tfal 5.

Malti għalina t-tfal 5 has no reviews yet. Be the first.

Do you have experience about this product? Add your review and earn gift points towards your next purchase!
People who bought this item also bought
You may also like